|
Kelma li sirt niltaqa maghha kull fejn isir xi dibattitu, jew xi diskors pubbliku, hija bla dubju l-kelma 'l-ambjent'. Ma tiftahx gazzetta li ma jkunx fiha xi artiklu jew referenza ghal dan is-suggett, u hafna huma dawk li jdawwru kwalunkwe argument ghal fuq il-binarju ta' l-ambjent biex zgur jinghogbu.
Irridu nammettu li l-industrija tal-bini hija fost l-akbar kontributuri ghat-tniggis fl-ambjent, sforz tal-materja prima li tintuza, biex ma nsemmux ukoll l-ambjent viswali li hafna drabi ma jaghmilx gieh lill-vera arkitettura. Hafna kliem, artikli u diskorsi f'dawn l-ahhar snin ippruvaw iqajmu kuxjenza pubblika dwar dawn u kif nistghu inharsu l-ambjent, u ghalhekk mhix l-intenzjoni ta' dan l-artiklu li nirrepeti dak li digà ntqal.
Inhoss pero li, wara daqstant snin ta' sfruttar u abbuz ta' l-ambjent naturali taghna, u issa li kulhadd sar konxju tal-htiega li nibzghu ghall-ambjent, wasal iz-zmien li kollettivament insaqsu mhux fejn hi l-htija izda dwar fejn huma s-soluzzjonijiet.
Minix qed nitkellem dwar il-Maghtab, cmieni ta' l-isptar jew tniggis tal-bahar - dwar dawn saru hafna interventi siewja u proposti minn diversi individwi jew korpi pubblici, u nispera li naraw progress dalwaqt f'dan ir-rigward. Qieghed hawn ghalhekk nirreferi ghal firxa ferm aktar wiesgha ta' hsara lill-ambjent, li hafna drabi ninsewha.
Mur imxi fejn trid fill-kampanja u hu nota ta' kemm issib kazi fejn l-intervent tal-bniedem, anki jekk hafna drabi maghmul b'intenzjoni tajba, kien ta' detriment ghall-ambjent. Fost dawn insibu passaggi bil-konkos jew tarmac, hitan tas-sejjiegh li waqghu u ma gewx imsewwija, jew mghollija b'tankijiet imsadda taz-zejt, kmamar tal-gebel jew bricks mibnija bl-addocc, serer tal-plastik li vera jistunaw u elf haga ohra. Biex ma nsemmux diversi binjiet abbandunati li kienu bdew jinbnew irregolarment fi 'green areas' u li huma fi stat t'abbandun. Kwalunkwe bniedem li hu xi ftit sensittiv ma jistax ma jweggawhx dawn l-affarijiet u ma jhossx anki hu parti mill-htija kollettiva tas-sitwazzjoni prezenti.
|
Izda minflok naqtghu qalbna u naccettaw dan l-istat ta' fatt, hemm bzonn li nibdew bis-serjetà nreggghu lura dan il-process u fejn hu possibli, naghtu lura lill-ambjent parti minn dak li, tul is-snin, sraqnielha.
Hitan tas-sejjiegh ghandhom jergghu jinbnew, il-moghdijiet irrangati u kmamar illegali f'ambjent rurali, jew bini abbandunat jitnehhew darba ghal dejjem, il-widien u l-makro-ekologija taghhom jergghu jinghataw il-hajja billi l-ilma tax-xita li qed jintilef, jigi b'xi mod iddevjat fihom, u elf haga ohra! Forsi ghalhekk ikun izjed xieraq kieku l-Ministeru ta' l-Ambjent jirrifletti biss fuq dak it-titlu u li l-progetti tal-Gvern, siewja kemm huma siewja, jkunu mfassla taht kappell iehor. Minghajr ghalhekk ma nwaqqfu l-mixja lejn soluzzjonijiet dejjiema ghall-Maghtab, cmieni u drenagg fil-bahar, irridu nifhmu li hemm wisq aktar li jrid isir f'dan il-kamp ta' l-ambjent li jirrekjedu fondi u rizorsi kbar. Ghalhekk hemm bzonn li jigu identifikati minnufih dawk iz-zoni fil-kampanja ta' Malta u Ghawdex, fejn b'intervent f'waqtu nistghu mhux biss inwaqqfu d-degradazzjoni ta' l-ambjent naturali, izda nirripristinawh biex nghadduh lil uliedna fi stat hafna ahjar minn dak li hu llum.
Edgar A. Rossignaud B.Arch., A.& C.E.
[Arkati Home]
|