|
Pio Vassallo - CEO Din kienet frazi li smajtha ghall-ewwel darba meta kont daqsxejn ta' tfajjel ckejken u kont inzur il-lantijiet ma' missieri u kien zmien meta kienet qed tinbena d-dar fejn noqghod illum. Kien hemm l-ahwa Quattromani, jew "Campletta" kif hafna jsibuhom, qeghdin jahdmu l-lavur, u jien nitpaxxa b'dak li kienu qeghdin jaghmlu staqsejthom, "intom kif tafu taghmlu dan?" huma bi tbissima qaluli "Pi, il-hobz tih lil min jaf jieklu w ix-xoghol tih lil min jaf jahdmu!!".
Din il-frazi baqghet tberren go mohhi sa minn dak iz-zmien, u niftakar fiha kull meta nzur xi lant waqt li x-xoghol ikun ghaddej, jew inkella nkun qed insuq minn hdejn xi progett li nkunu bnejna ahna. Bhalissa, bhalma gara fil-passat, dak li qed jigri go Vassallo Builders, ix-xoghol qed jigi fdak f'min vera jaf jahdmu!!
Ghall-grazzja t'Alla ghandna diversi progetti ghaddejjin b'sodisfazzjon. Insemmi fosthom, il-progett tal-BOV go Santa Venera, li issa wasal fl-ahhar fazijiet tieghu u ha dehra vera mill-isbah. Ta' dan nixtieq nirringrazzja lil kull min hadem f'dan il-progett specjalment lil Malcolm Caruana, Marco Agius u lil Mike Brewer.
Progett iehor li wasal fil-fazijiet finali tieghu, u li wkoll huwa opra li ta' min ihares lejha, huwa l-progett ta' l-istamperija tal-Partit Nazzjonalista. Hawnhekk ukoll nixtieq naghti prosit lil min ta sehmu ghal dan il-progett u prosit specjali jmur ukoll ghal Joe Ellul u Fredu Portelli, iz-zewg persuni li kienu responsabbli minn dan il-progett.
Progetti ohrajn li bdew matul din is-sena, li kollha mexjin b'ritmu mghaggel huma l-progetti ta' Tigne fdati f'idejn il-foremen Peter Barbara u Jason Bonnici taht is-supervizjoni ta' Mike Brewer. Nixtieq niehu din l-okkazjoni sabiex nilqghu fostna lil Jason li huwa foreman gdid maghna u minn hawn nawguralu kull success.
Nixtieq insemmi wkoll ix-xoghol siewi li qed jaghmel Peter Barbara fuq is-sit tieghu f'dak li ghandu x'jaqsam mas-sahha w sigurtà fuq il-post tax-xoghol, ghax l-organizzazjoni fuq is-sit tieghu f'dan ir-rigward hija wahda ta' ezempju - prosit Peter!!
|
L-ahhar progett li beda din is-sena huwa l-progett gewwa Ghajn Tuffieha, li ghalkemm ilu li beda ftit xhur biss, ix-xoghol digà ha spinta sewwa grazzi ta' l-isforz li qed jaghmlu l-haddiema kollha involuti.
Dawn huma ftit mill-progetti li ghandna ghaddejjin bhalissa. Sabiex taghmel dan ix-xoghol kollu trid hafna haddiema, w haddiema tajbin. Nixtieq nappella lill-haddiema kollha li jekk jafu nies tas-sengha tajbin, sabiex dawn iressquhom lejn il-kumpanija taghna.
Mill-banda l-ohra ahna, minn naha taghna qed naghmlu sforzi kbar sabiex il-haddiema taghna kollha nkomplu nipprovdulhom it-tahrig u s-support taghna kollu sabiex dawn ikomplu jizviluppaw is-sengha jew il-karriera taghhom. Ghas-sena d-diehla ghandna diversi korsijiet u tahrig ippjanati ghall-haddiema f'kull livell. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk il-haddiema li s'issa irrikorrew bi hgarhom ghall-korsijiet li pprovdejnielhom matul is-sena li ghaddiet, u naghmel appell sabiex dawk li ghandhom interess li jkomplu jizviluppaw is-sengha taghhom sabiex javvicinaw lil George Mangion li jkun jistà jassistihom.
Huwa b'dan it-tahrig u l-investimenti kollha li ahna naghmlu fil-haddiema taghna f'kull livell li l-kumpanija taghna tistà tiprogetta s-success ghall-futur kif ghamlet fil-passat. B'dan il-mod aktar xoghol jibqà jigi fdat lilna fil-futur, nies li veru nafu nahdmuh!!
Qabel ma naghlaq nixtieq nishaq fuq l-importanza tas-sahha w sigurtà fuq il-post tax-xoghol taghna, u naghmel appell lill-haddiema sabiex l-ghodda kollha li ahna nipprovdu ghal dak li ghandu x'jaqsam mas-"safety" tigi wzata minn kulhadd.
Fl-ahhar mill-ahhar nixtieq nirringrazzja lil kulhadd ghal din is-sena ta' hidma, u nawgura lilkom u lill-familji taghkom l-isbah xewqat ghal dawn il-festi tal-Milied u tas-sena l-gdida.
Pio Vassallo - CEO
[Arkati Home]
|