Change of Role Day
Edgar A. Rossignaud B.Arch., A.& C.E.
[Arkati Home]

Wara l-inizjattiva min-naha tal-management u office staff ta' CareMalta Ltd billi ta' kull sena ghal gurnata jibdlu r-rwol taghhom u jaghmlu xoghol differenti minn dak li jaghmlu ssoltu, din is-sena propju waqt li s-Sur Nazzareno Vassallo kien qed jiehu sehem fir-Role Change Day ta' CareMalta Ltd, fir-rwol ta' Kok gietu l-idea li fic-Change of Role Day ta' Vassallo Builders Ltd, il-management u office staff iqatta gurnata d-dar ta' l-anzjani taz-Zejtun fejn ikun mistenni li jghin fi thejjijiet finali ghall-ftuh ufficcjali li kien ippjanat li jsir l-ghada 5 t' April.

Fil-fatt fl-4 t'April, il-maggior parti ta' l-istaff ta' Vassallo Builders iltaqà fid-Dar taz-Zejtun ghal habta tat-tmienja ta' fil-ghodu u taw bidu ghal gurnata ta' hidma estensiva. L-Accounts Departement kollu maghmul minn Carol Cassar, Gilbert Debattista, Karl Pisani (BCS Ltd), Carlos Camilleri, Alex Bezzina, David Engerer, Jimmy Galea u Steve Borg hadu hsieb li jgorru u jqassmu l-ghamara ta' hafna mill-kmamar. Ernest Debono, George Mangion, Edgar Rossignaud u Irene Bugeja hadu hsieb il-gurnata kollha jfasslu u jwahhlu kwantita kbira ta' inkwatri fil-kuruturi, swali u kmamar tad-dar. Charmaine Testa u Connie Farrugia ghenu fit-tindif kif ukoll xi garr ta' ghamara hafifa. Dan kollu sar bil-kordinazzjoni ta' Ray Manduca li l-assistenza tieghu kienet imprezzabli mill-bidu tal-progett sat-tmiem tieghu.

Kien hemm ohrajn bhas-Sur Jonathan Buttigieg u s-Sur Pio Vassallo li hadmu spalla ma' spalla mal-haddiema fuq l-ahhar xogholijiet u tindif ta' materjal tal-kostruzzjoni. Aktar tard inghaqad maghhom Eusebio Muscat li stinka sa l-ahhar tal-gurnata biex kollox ikun lest ghall-ghada.

It-tqassim tan-nies, li kienu irrapurtaw ghax-xoghol ghal dik il-gurnata biss fid-dar ta' l-anzjani taz-Zejtun kienu taht it-tmexxija tas-Sur Nazzareno Vassallo nnifsu li kemm mill-bidu tal-progett u kemm ghal dik il-gurnata kellu r-rwol ta' Project Manager.

Fl-ahhar tal-gurnata s-sodisfazzjon mill-istaff li ha sehem fil-bdil ta' rwol kien evidenti u dan geghel lil kull min ha sehem biex jifhem li kull xoghol ghandu l-importanza tieghu u x-xoghol tal-haddiema fuq il-lantijiet tax-xoghol gie apprezzat aktar.


Edgar A. Rossignaud B.Arch., A.& C.E.

[Arkati Home]