|
L-Erbgha ta' Gunju 2004 regghet kienet gurnata ohra storika fl-istorja tal-Kumpanija. Dak in-nhar mhux biss kienet it-tmienja u hamsin anniversarju tal-Kumpanija u ghalhekk il-Kejk tal-Birthday u l-laqgha mal-Management Team fl-ufficcju ma naqsitx, izda wkoll filghaxija giet inawgurata l-estensjoni ta' l-Iskola tal-Lingwi Magister Academy mill-Vici Prim Ministru, l-Oror. Dr. Tonio Borg.
Kienet gurnata ta' sodisfazzjon ghal shabi d-diretturi ta' Magister Academy, illi wara hidma ta' sitt xhur raw id-decizjoni taghhom li jkabbru l-iskola ssir realtą u llum l-iskola tista takkomoda sa mitejn u hamsin student f'daqqa bil-facilitajiet kollha mehtiega.
Grazzi specjali tmur lil siehbi Paul Fenech li segwa l-progress gurnata b'gurnata, lil Ian Fenech, lil Christine Fenech li kienet responsabbli mill-Interior Design, lill-Perit Edgar Rossignaud li kien responsabbli mill-pjanti u l-Project Management tal-progett kollu flimkien ma' Ray Manduca li ha hsieb il-ko-ordinament tax-xoghol, lil Charlene Scicluna l-Accountant u Loraine Scerri li assistew ukoll fil-ko-ordinament u l-accounts, lil Joe Falzon Works Manager u Joe Borg, lil Paul Pace u l-haddiema ta' Vassallo Joiners u l-haddiema ta' Vassallo Builders sub-contactors, l-electrician, tal-Air Condition, tal-Lift, ta' l-Aluminium, ta' l-irham, tal-madum u hafna ohrajn.
Fit-23 ta' Marzu 2004 it-tifel Pio, inhatar bhala Chief Executive Officer ta' Vassallo Builders Group, dan wara li kien inhatar CEO ta' Vassallo Builders Ltd fit-12 ta' Frar 2003. Pio wera progress sew u deher lest li jista jiehu aktar responsabiltajiet. Jiena ghandi fiducja shiha f'Pio u ninsab cert li ser imexxi l-kumpanija mit-tajjeb ghall-ahjar.
Minn hawn inweghdu l-appogg kollu tieghi u ninsab konvint li ser isib l-appogg mhux biss tal-Management kollu izda wkoll tal-haddiema kollha. Minn dawn il-kollonni nawguralwlu hafna success fil-futur.
F'dawn l-ahhar gimghat inghata l-bidu ghat-twaqqif ta' l-ewwel kumpanija sussidjata bl-isem ta' Vassallo Builders International D.O.O. barra minn Malta f'Zagreb fil-Kroazja. L-iskop tal-kumpanija huwa simili ghal dak li naghmlu f'Malta fis-suq tal-Propjeta u l-ewwel progett tal-kumpanija ser ikun zvilupp ta' blokk ta' appartamenti fil-gzira popolari ta' Bracc fil-Kroazja. Nawguraw lil din il-kumpanija gdida kull success u nispera li nisimghu aktar fil-futur mhux il-boghod.
Lura f'Malta x-xoghol ghaddej sew fuq tliet progetti importanti. Il-Golden Sands Resorts, issa wiehed jista jara u jiehu ideja sew ta' dan il-progett kbir. Ix-xoghol zdied sew specjalment fil-pedament ta' Block B u Block C. Il-Management Team immexxi minn Pio, b'Joe Ellul bhala Site Works Manager u Fredu Portelli u Malcolm Caruana bhala Site Foremen, Neville Calleja Commercial Manager, John Ellul Quantity Surveyor u Joe Scicluna Assistant Q.S. flimkien ma' numru kbir ta' haddiema minn kull sengha differenti ghanhom bicca xoghol mhux zghira.
|
L-istess jistą jinghad ghall-Periti tal-BCS, Edgar Rossignaud, Ivan Pace u Malcolm Gingell bil-ghajnuna ta' Jackie Lee Connell u s-sapport ta' Ray Manduca u Giovanni Randisi, Georgiev Tehomir, Gina Hall u l-QS Team. Nawgurawlhom success f'dan il-progett ambizzjuz.
Il-Progett ta' Tignč fih challenge daqstant iehor immexxi minn Jonathan Buttigieg Commercial Director, Michael Brewer bhala Project Manger, Jason Bonnici u Peter Barbara bhala Foremen, George Mangion bhala Health and Safety Project Supervisor u Ernest DeBono bhala Quantity Surveyor. Ix-xoghol difficli izda mmexxi b'ritmu mghaggel u fil-prezent Blocks 4 u 5 jinsabu fil-livell tad-disa sular. Block 6 u 7 jinsabu f'livell tal-hames sular.
Progett iehor li beda jifforma huwa Prince of Wales Residence gewwa Ta' Sliema taht it-tmexxija tal-Perit Ivan Pace u Ray Manduca bhala co-ordinator b'Marco Agius bhala Site Forman.
Dan il-Progett ghal kumpanija CareMalta ser ikun l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu fejn CareMalta qed tmexxi l-kuncett maghruf bhala Retirement Living fejn l-Anzjani jigu mhajra jghixu hajja aktar indipendenti f'appartamenti zghar li jkun fihom il-kumditajiet kollha mehtiega mill-Anzjani u l-Anzjani jkunu jistghu jaghzlu liema servizzi jridu jaghmlu huma u liema servizzi jridu jixtru mill-kumpanija.
Progett iehor imwettaq minn CareMalta matul din is-sena kien zieda ta' sitta u ghoxin sodda gdida fid-Dar ta' Bormla taht l-iskema ta' Public Private Partnership. Din iz-zieda giet iffinanzjata kollha kemm hi minn CareMalta u saret fi zmien sitt gimghat minn meta gie iffirmat il-kuntratt mal-gvern minn Vassallo Builders taht id-direzzjoni tal-Perit Ivan Pace u Ray Manduca min-naha ta' BCS u l-ko-ordinatur kien taht it-tmexxija ta' Joe Borg li b'team zghir ghamlu miraklu f'qasir zmien. Ix-xoghol kollu ta' l-injam u l-ghamara sar minn Vassallo Joiners taht id-direzzjoni ta' Paul Pace u Noel Gauci.
Dan il-Progett gie inawgurat mill-Ministru tas-Sahha u Anzjani l-Onor. Louis Deguara nhar il-Hamis 29 ta' Lulju fil-prezenza tas-Segretarja Parlamentari ghall-Anzjani l-Onor. Helen D'Amato.
Dan il-Progett flimkien ma' l-estensjoni ta' Magister Academy kienu ezempju iehor fejn is-sinergija fil-grupp hadmu flimkien u taw rizultat pozittiv ghas-sodisfazzjon ta' kulhadd. Minn issa nawgura l-istess ghall-progett ta' Ta' Sliema.
Filwaqt li nirringrazzja lil kulhadd tal-kontribut tieghu, nixtieq is-sahha lil impjegati kollha u nawgura jiem ta' mistrieh waqt ix-shutdown.
[Arkati Home]
|